IKOMPLI L-PROĠETT ‘INSAĦĦU L-PATRIMONJU MUŻIKALI MALTI’

 

Matul ix-xahar ta’ Diċembru 2023, is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz kompliet timplimenta l-proġett ‘Insaħħu l-Patrimonju Mużikali Malti’ fejn sar it-tieni recording, din id-darba orkestrali, ta’ Antifoni u mużika sagra ddedikati lil San Lawrenz, Patrun tal-Belt Vittoriosa. Dan il-proġett issa riesaq lejn l-aħħar tiegħu hekk kif fi Frar 2024 l-Innijiet u l-Anrifoni ser ikun ippubblikati fuq USB.

Dan il-proġett qed isirr permezz tal-Proġett VOPS 2023, mmexxi mill-Malta Council for the Voluntary Sector, f’isem il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat.