TIFKIRA TAL-VITTMI TAL-GWERRA

 


Nhar is-Sibt 13 ta’ Jannar 2024, il-Parroċċa ta’ San Lawrenz fakkret lill-Vittoriosani li tilfu ħajjithom matul it-Tieni Gwerra Dinjija. Il-Viċi President u membri oħra tal-Kumitat tas-Soċjetà attendew għall-quddiesa u wara għaċ-ċeremonja ta’ kommemorazzjoni fejn tqiegħdet kuruna tar-rand.