IL-BANDA VITTORIOSANA SAN LAWRENZ B’SERVIZZ F’BURMARRAD

 

Is-Sibt 24 ta’ Ġunju 2023, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz kompliet bis-servizzi ta’ stedin ġewwa Festi oħra. Fil-fatt, il-banda għamlet servizz ġewwa Burmarrad għall-Festa Qalb bla tebgħa ta’ Marija – Burmarrad festa fejn sar marċ qasir mat-toroq tal-lokal u programm mużikali fuq iz-zuntier tal-knisja.

Il-banda kienet taħt id-direzzjoni ta’ Chris Pisani.