Il-Ħadd 18 ta’ Ġunju 2023, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz fetħet is-servizzi ta’ stedin ġewwa Festi oħra. Fil-fatt, il-banda għamlet servizz ġewwa r-Rabat għall-festa ta’ Corpus fuq stedina tal-Kumitat Festi Esterni Corpus Domini u San Pawl fejn sar marċ qasir u wara ġiet akkumpanjata l-purċissjoni. Is-servizz intemm b’marċ qasir ieħor.
Fl-istess ġurnata filgħodu, l-banda kienet impenjata bis-servizz tal-Qalb ta’ Ġesù ġewwa l-Birgu.