Il-Ħamis 20 ta’ Lulju 2023, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz kompliet bis-servizzi ta’ stedin ġewwa festi oħra. Fil-fatt, il-banda għamlet servizz ġewwa ż-Żurrieq għall-Festa tal-Madonna tal-Karmnu fuq stedina tal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria, Żurrieq fejn sar marċ brijuż madwar it-toroq prinċipali taż-Żurrieq li ntemm fil-pjazza fost il-briju tal-partitarji Karmelitani.