Is-Sibt 29 ta’ Lulju 2023, is-Soċjetà Mużikali San Lawrenz Belt Vittoriosa inawgurat mill-ġdid is-Sala Prinċipali ta’ Palazzo Huesca, is-Sala Lawrence V. Farrugia. Ir-rinovazzjoni ta’ din is-sala ikkonsistiet f’pittura mas-saqaf mill-isbaħ li ngħata donazzjoni mill-W.R. Arċipriet Carmelo Busuttil, xogħol l-artist Vittoriosan Andrew Bugeja, wall paper ġdida kif ukoll zukklatura ġdida tal-irħam li hi mħallsa mill-Fond Ngħinu Finanzjarjament lis-Soċjetajiet Mużikali mmexxi mill-Arts Council Malta u l-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda. Fl-istess sala sar ukoll bust tal-ex President Lorry Farrugia regalat u xogħol Andrew Bugeja fuq kolonna tal-irħam.
L-inawgurazzjoni tas-Sala Lawrence V. Farrugia segwiet wara programm qasir b’diversi diskorsi u interventi mużikali mill-vjolinist Valhmort Montfort.