IL-BANDA VITTORIOSANA SAN LAWRENZ B’SERVIZZ FIL-FESTA TA’ KRISTU RE F’RAĦAL ĠDID

 

 

 Il-Ħadd 30 ta’ Lulju 2023, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz kompliet bis-servizzi ta’ stedin ġewwa Festi oħra. Fil-fatt, il-banda għamlet żewġ servizz ġewwa Raħal Ġdid għall-Festa ta’ Kristu Re fuq stedina tal-Kummissjoni Festa Kristu RE – Paola fejn l-ewwel servizz ikkonsista f’marċ u Programm fuq il-planċier u t-tieni servizz kien dak ta’ akkumpanjament mal-purċissjoni.

Il-banda kienet taħt id-direzzjoni ta’ Andrew Lawrence Zarb.