Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz b’servizz fil-Kalkara

Matul il-lejla tal-bieraħ il-Ħadd 17 ta’ Lulju 2022, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz kompliet bis-servizzi ta’ stedin ġewwa Festi oħra. Fil-fatt, il-banda għamlet servizz ġewwa l-Kalkara għall-festa ta’ San Ġużepp fuq stedina tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp Kalkara fejn sar marċ qasir, akkumpanjat il-ħruġ u d-dħul tal-Purċissjoni u programm mużikali fix-Xatt tal-Kalkara.
Il-banda kienet taħt id-direzzjoni ta’ Mro Jonathan Abela, Surmast Direttur.