Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz fil-proċessjoni ta’ Kristu Rxoxt

 

 

B’daqq ta’ valzi u marċi brijużi l-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed takkompanja l-Proċessjoni ta’ Kristu Rxoxt madwar it-toroq tal-Belt Vittoriosa. Il-Proċessjoni bl-istatwa artistika xogħol is-Surmast Salvu Psaila toħroġ mill-Knisja Kolleġjata u Konventwali ta’ San Lawrenz fl-10 ta’ filgħodu għada l-Ħadd 1 t’ April, Jum il-Qawmien ta’ Kristu mill-Imwiet. Jispikkaw il-ġirjiet f’diversi postijiet u toroq tal-Belt Rebbieħa.  Wara l-ewwel ġirja hekk kif il-proċessjoni tasal quddiem Palazzo Huesca jsir it-tberik tal-figolli mill-Wisq. Rev. Arċipriet il-Kanonku Karm Busuttil u wara tiġi inawgurata bandiera ġdida tas-Soċjeta` fl-okkażjoni tal-135 Sena anniversarju tal-banda.