Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz kompliet tikteb isimha fl-istorja dan wara li nhar is-Sibt li għadda 20 ta’ Jannar, 2018 ħadet sehem fil-ftuħ uffiċjali tal-Valletta 2018, fejn din is-sena l-Belt Valletta ser tkun il-Belt Kapitali Kulturali tal-Ewropa. Il-Banda kienet għal darb’oħra l-ambaxxattriċi tal-Belt Vittoriosa kif ukoll tal-Kottonera hekk kif matul il-lejla li għalija attendew il-fuq minn mitt elf ruħ daqqet fi Triq Ġilormu Cassar flimkien mal-Banda Queen Victoria taż-Żurrieq u l-Banda B’Bugia. Suċċess ieħor għall-Banda tal-Birgu.