Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz illum b’servizz fil-Belt Valletta

 

 

 

Illum is-Sibt 15 ta’ Settembru, 2018 l-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tkun qed tieħu sehem fil-Festa ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta. Fis-servizz li jibda fit-8.30pm il-Banda tal-Birgu ser tkun qed iddoqq għal darb’oħra fil-Belt Kapitali fejn din id-darba ser tkun qed tagħmel marċ alternat mal-Filarmonika Nazzjonali La Vallette.