Illejla l-Banda Vittoriosana San Lawrenz b’servizz fl-Isla

 

Illum is-Sibt 8 ta’ Settembru, 2018 Festa Nazzjonali Jum il-Vitorja, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tagħmel servizz fl-Isla fl-okkażjoni tal-Festa ta’ Maria Bambina fil-Belt Sengleana. Is-servizz jibda fis-7.30 pm mix-Xatt fejn il-Banda takkumpanja lill-istatwa titulari ta’ Maria Bambina bid-daqq tal-Innijiet sad-dħul tagħha fil-Knisja.