Il-Belt Vittoriosa ddominata minn briju kbir

te deum

Il-marċ tat-Te Deum kien marċ ieħor kbir li ħoloq briju mill-aqwa mill-partitarji Palmiżi madwar it-toroq tal-Belt Rebbieħa. Dan il-marċ dejjem kien wieħed mill-aqwa li jsiru f’pajjiżna fejn il-Banda Vittoriosana San Lawrenz allegrat lil dawk preżenti b’marċi popolari mir-repertorju vast tagħha. Il-marċ beda fl-1030am fejn għal ħabta tal-11am infetaħ il-ballun tradizzjonali fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa għad-daqq tal-Innu Popolari ta’ Lorenzo Galea. Il-marċ kompla tul Triq il-Mina l-Kbira fejn kien fl-aqwa tal-briju tiegħu u ġie fi tmiem tiegħu fit-230pm bi briju kbir quddiem ‘Palazzo Huesca’, sede tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz.