Dalgħodu jsir il-Marċ tradizzjonali tat-Te Deum

10513338_10152205366611851_7802410153824455949_n

Illum it-Tlieta 9 t’Awwissu, 2016 lejlet il-Festa ta’ San Lawrenz fl-1030am il-Banda Vittoriosana San Lawrenz tagħmel il-marċ tradizzjonali tat-Te Deum. Il-marċ jibda minn quddiem il-Knisja u hekk kif il-Banda tasal fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa jinfetaħ il-ballun tradizzjonali. Wara l-banda tkompli tallegra lill-poplu Vittoriosan u l-Maltin u turisti li jżuru din il-belt b’marċi ferrieħa fost briju kbir. Il-marċ jiġi fi tmiemu fis-230pm quddiem ‘ Palazzo Huesca’.