|
Nhar it-Tnejn 28 ta’ Diċembru, 2015 il-Kummissjoni Attivitajiet Soċjali fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz organizzat il-Party tal-Milied fejn numru sabiħ ta’ bandisti, membri u ammiraturi tal-Banda attendew għal din l-attivita’. Fir-riċeviment li sar fis-Swali Prinċipali ta’ Palazzo Huesca, f’diskors tal-okkażjoni l-President tas-Soċjeta’ s-Sur Lawrence V. Farrugia filwaqt li ta ħarsa lejn il-ħidma kbira li saret matul din is-sena aċċenna wkoll għall-Programm ta’ ħidma u diversi proġetti li għandu quddiemu l-Kumitat għas-sena 2016. |