Programm suċċess mill-Allievi u Bandisti

Programm

Nhar il-Ħadd filgħodu l-Allievi u Bandisti tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz flimkien ma’ dawk tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp, Kalkara tellgħu Programm Mużikali tal-Milied fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa. Il-Banda kienet taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela fejn minbarra għanjiet tal-Milied indaqqu wkoll siltiet mużikali fosthom La Vita e Bella, Sway, Whenever Forever u aktar. Programmi bħal dawn ser jibdew isiru wkoll fl-okkażjoni tal-Festa tal-Ġimgħa Mqaddsa.