Tintemm il-Maratona tas-Snooker

Maratona Nhar il-Ħadd f’nofsinnhar ġiet fi tmiemha l-Maratona ta’ Snooker li kienet ilha għaddejja mill-Ġimgħa filgħaxija. Fi tmiem din il-Maratona l-President tas-Soċjeta’ s-Sur Lawrence V. Farrugia ppreżenta ċertifikat lill-parteċipanti kollha li lejl u nhar kienu qegħdin jieħdu sehem. Is-somma li nġabret kienet ta’ €266 li din id-darba ser imorru fuq il-proġett tax-xogħol li ser isir fuq iż-żewġ imwejjed tas-Sala tal-Billiard fix-xhur li ġejjin.