Fl-aqwa tagħha l-Maratona tas-Snooker

index Bħalissa fis-Sala tal-Billiards tal-Każin tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz għaddejja Maratona ta’ Snooker li tiġi fi tmiemha għada l-Ħadd 20 ta’ Diċembru, 2015 f’nofsinnhar. Attivita’ kontinwa lejl u nhar fis-Sala tal-Billiard fejn numru kbir ta’ membri l-aktar dawk dilettanti tas-Snooker qegħdin jipparte ċipaw. Il-maratona organizzata mill-Kummissjoni Billliard infetħet il-bieraħ il-Ġimgħa 18 ta’ Diċembru mill-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura l-Onorevoli Joe Mizzi.