Il-player leġġendarju David Trezeguet f’Palazzo Huesca

IMG-20160512-WA0002 Il-bieraħ wara nofs in-nhar f’Palazzo Huesca, sede tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz kien hemm il-player leġġendarju David Trezeguet li f’dawn il-ġranet jinsab f’pajjiżna bħala l-mistieden tal-Juventus Club Vero Amore. L-aqwa tal-karriera tiegħu kienet bejn is-sena 2000 u l-2010 fejn huwa lagħab total ta’ 245 logħba ma’ Juventus u skorja 138 gowl. Fix-xena internazzjonali Trezeguet rebaħ it-Tazza tad-Dinja fl-1998 u l-Kampjonat Ewropew fis-sena 2000. Hawn jibqa mfakkar għall-golden gowl li skorja fil-finali kontra l-Italja. Ma’ Franza huwa lagħab 71 logħba fejn skorja 34 gowl. Fost diversi persuni jakkumpanjaw lil Trezeguet kien hemm l-ex direttur maniġerjali ta’ Juventus Luciano Moggi. Kienet okkażjoni fejn diversi membri tas-Soċjeta’ ħadu wkoll ritratt ta’ tifkira ma’ dan il-player leġġendarju.