Il-Prinċep William fil-Belt Vittoriosa

DSC_9103 Nhar il-Ħadd 21 ta’ Settembru, 2014 il-Belt Vittoriosa laqgħet lill-Prinċep William bħala parti miż-żjara li l-membru tal-familja Rjali kien qed jagħmel f’pajjiżna. Kien unur kbir għal din il-Belt storika li l-Prinċep William, li kien qiegħed hawn Malta fl-okkażjoni tal-50 Anniversarju tal-Indipendenza iżurna. U huwa unur akbar li l-Prinċep William żar il-Knisja Arċipretali ta’ San Lawrenz u ġie mdawwar madwar din il-Knisja Monumentali fejn intwera u apprezza t-teżori uniċi li jagħmlu lill-Knisja tagħna ġawhra imprezzabbli.