Il-Wasla tal-Philharmonie Royale Concordia mill-Belġju – Il-Ħamis 5 t’Awwissu

Nhar il-Ħamis 5 t’Awwissu l-President u membri tal-Kumitat tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz ser jilqgħu fostna lill-Banda Belġjana li ser tkun il-mistiedna tas-Soċjeta` tagħna għall-Festa ta’ din is-sena. Din l-avventura ser tkun parti minn skambju bejn iż-żewġ baned fejn il-banda tagħna ser tmur il-Belġju bejn il-11 u 18 ta’ Diċembru li ġej. Intant il-grupp ser jasal Malta fuq titjira minn Brussel għall-ħabta tal-11.00 pm.