Riċeviment tal-Festa fil-Każin – Il-Ħamis 5 t’Awwissu

Nhar il-Ħamis 5 t’Awwissu l-Palazz tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz ser jospita lill-personalitajiet distinti, rappreżentanti tal-Għaqdiet lokali u tal-Baned, bandisti, membri u partitarji għar-Riċeviment tal-Festa. Dan ir-riċeviment isir fis-Swali prinċipali tal-Palazz fejn kulħadd ikun jista’ jammira dan il-post meraviljuż li din is-sena kompla jiġi msebbaħ b’diversi proġetti ewlenin fost dawn tkun is-Sala l-Ġdida fuq dik tal-Kunċerti.