Launch tal-Website, Kxif tal-Irħam u Red Lager Night – L-Erbgħa 4 t’Awwissu

Il-jum tal-Erbgħa 4 t’Awwissu huwa jum importanti ieħor għas-Soċjeta` tagħna. Dan għaliex fi programm imħejji apposta ser isir il-launch uffiċjali ta’ dan is-sit kif ukoll ser ikun hemm l-inawgurazzjoni taż-żewġ irħamiet ġodda li saru flok oħrajn antiki, waħda tal-Presidenti u l-oħra tas-Surmastrijiet. Wara ser ikun hemm Red Lager Night fil-bitħa tal-Każin fejn fost il-kant u briju tal-partitarji ser ikun hemm il-kantanti popolari Ludvig Galea u Hooligan. Din is-serata tibda fit-8.30 pm fejn kulħadd huwa mistieden li jattendi.