Illejla jiftħu l-Festi f’ġieh il-Patrun tal-Belt Vittoriosa, San Lawrenz

 

 

 

Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz illejla tagħmel il-marċ brijuż tal-Mota tan-Novena li jibda fid-9.00pm minn quddiem Palazzo Huesca. Dan il-marċ jiftaħ il-Festi ad unur San Lawrenz, Patrun tal-Belt Rebbieħa. Il-banda tgħaddi minn diversi toroq prinċipali sakemm terġa’ lura quddiem Palazzo Huesca għall-ħabta tal-11.00pm. Nħeġġu lill-Palmiżi kollha sabiex jingħaqdu magħna f’dan il-marċ, kif ukoll jattendu għall-quddies u l- ħruġ tal-Vara titulari min-niċċa fis-7.00pm.