Illejla fil-Knisja Kolleġġjata u Konventwali ta’ San Lawrenz, fl-Ewwel Jum tan-Novena, ser isir quddies ta’ ringrazzjament mis-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz fl-okkażjoni tal-135 sena banda. Il-quddies konċelebrata tibda fis-6.30pm bil-parteċipazzjoni tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz. Wara l-quddies f’Palazzo Huesca ser issir l-inawgurazzjoni tas-Sala tal-Arkivju Kan. Luigi Fenech li għadha kemm ġiet restawrata.