Illejla l-Banda Vittoriosana San Lawrenz fil-Festa Tfal 2017

 

 

Illum  is-Sibt 29 ta’ Lulju, mis-6.30pm ‘il quddiem, is-Sezzjoni Żgħażagħ Palmiżi ser torganizza party tal-festa għat-tfal Palmiżi, bis-sehem ukoll tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz. Fil-fatt, bejn is-7.00pm u t-7.45pm, il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser iddoqq numru ta’ marċi brijużi sabiex tkompli tqajjem l-atmosfera. Ingħaqad magħna f’din l-attivita` fuq l-għatba ta’ Festa oħra kbira.