Illejla Quddiesa fil-Kolleġġjata bis-sehem tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz

 

Illejla fil-Knisja Kolleġġjata u Konventwali ta’ San Lawrenz, fl-Ewwel Jum tan-Novena, ser isir quddies ta’ ringrazzjament mis-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz. Il-quddies konċelebrata tibda fis-6.30pm bil-parteċipazzjoni tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela. Din il-quddies qed tkun organizzata flimkien maċ-Ċentru tal-Katekiżmu, Birgu.