Illum il-Birgu Spring Concert fil-Forti Sant’Anġlu

Illum l-Erbgħa 6 ta’ Ġunju, 2018 is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz ser ittella’ l-Birgu Spring Concert fil-Forti Sant’Anġlu, Belt Vittoriosa fejn dan huwa l-Programm Annwali tal-Banda tal-Birgu. Dan il-Programm ser ifakkar ukoll il-135 sena mit-twaqqif tal-Ewwel Banda Vittoriosana. Il-Banda ser tesegwixxi diversi siltiet ta’ mużika impenjattiva fosthom Sedona, Saint Angelo, Nabucco, Leħen Rebbieħ, Emperor Waltz, Air for Band, Back to the future u Mary Poppins. Il-Programm ikun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela u jibda fit-8pm. Dħul huwa mingħajr ħlas fejn fadal biss l-aħħar ftit postijiet. Huwa importanti li tirriserva post billi ċċempel 9949 7734.