Illum il-Ħamis 8 t’Awwissu, 2019 fit-845pm il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tagħmel il-marċ popolari tal-Antivigilja fejn takkumpanja l-istatwa ta’ San Lawrenz jagħti d-dawl lill-għomja madwar it-toroq tal-Belt Vittoriosa.
Il-marċ jibda minn quddiem il-Każin u jgħaddi minn Triq Desain, Kardinal, San Lawrenz, Nestu Laiviera, Pjazza tal-Belt Vittoriosa, San Filippu, La Vallette fejn jilħaq il-qofol tiegħu lura l-Pjazza quddiem Palazzo Huesca u tul Triq il-Mina l-Kbira sat-tlugħ fuq il-kolonna.għall-ħabta ta’ nofs il-lejl. Wara l-Banda tkompli marċ lura sa’ quddiem il-Każin li jispiċċa fis-1245am.