Illum l-Erbgħa 8 t’Awwissu, 2018 fit-845pm il-Banda Vittoriosana San Lawrenz ser tagħmel il-marċ popolari tal-Antivigilja fejn takkumpanja l-istatwa ta’ San Lawrenz jagħti d-dawl lill-għomja madwar it-toroq tal-Belt Vittoriosa. Il-marċ jibda minn quddiem il-Każin u jgħaddi minn Triq Desain, Kardinal, San Lawrenz, Nestu Laiviera, Pjazza tal-Belt Vittoriosa, San Filippu, La Vallette fejn jilħaq il-qofol tiegħu lura l-Pjazza quddiem Palazzo Huesca u tul Triq il-Mina l-Kbira sat-tlugħ fuq il-kolonna għall-ħabta ta’ nofs il-lejl. Wara l-Banda tkompli marċ lura sa’ quddiem il-Każin li jispiċċa fis-1245am. Fl-istess ħin illum fit-8pm il-banda mistiedna tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz għal din il-festa l’ Associazone Culturale Musicale Bandistica ‘Synphonica Citta di Viagrande’ tibda marċ fit-8pm u fid-9.15pm tesegwixxi Programm Mużikali fuq il-Planċier Artistiku fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa.