Illum it-Tlieta 30 ta’ Lulju, 2019 huwa l-Anniversarju minn meta 75 sena ilu nġiebet l-istatwa titulari tal-Patrun tal-Belt Rebbieħa San Lawrenz mit-Tempju ta’ Marija Immakulata f’Bormla għall-Kolleġġjata ta’ San Lawrenz fil-Birgu. 75 sena ilu San Lawrenz għadda minn qalb it-tifrik li ħalliet il-gwerra.
Illum id-devozzjoni lejn dan il-Prinċep tal-Martri għada qawwija u kien għalhekk li wara quddies pontifikali li tibda fis-6pm, għall-ħabta tas-7.15pm ser tibda ħierġa l-purċissjoni mill-Kolleġġjata ta’ Bormla. Il-Banda Vittoriosana San Lawrenz, bħala l-Banda tal-Parroċċa u tal-Birgu dejjem kienet hemm fl-avvenimenti importanti u hekk ser terġa tagħmel illum fejn flimkien mal-Banda San Ġorġ ta’ Bormla ser jakkumpanjaw u jdoqqu Innijiet Lawrenzjani u proċessjonali matul it-toroq ta’ Bormla u l-Birgu sakemm għall-ħabta tal-10.30pm tidħol l-istatwa titulari fil-Kolleġġjata tal-Birgu.
Inħeġġu lill-Vittoriosani kollha biex jattendu għal dan l-avveniment storiku. VIVA SAN LAWRENZ.