Bħala parti mill-festi tal-Ewwel Erbgħa f’ġieħ il-Patrun tal-Belt Rebbieħa San Lawrenz, dalgħodu żżanżnet bandiera ġdida oħra tas-Soċjeta’. Din hija t-tieni bandiera ġdida f’temp t’anqas minn xahrejn fejn f’Ħadd il-Għid is-Soċjeta’ żanżnet bandiera kbira. Din il-bandiera li ser tibda tintuża b’mod partikolari matul l-Erbgħat saret fuq inizjattiva ta’ Adrian Saliba.
Intant il-bieraħ sar Red Party fil-bitħa ta’ Palazzo Huesca filwaqt li llejla ser issir Ikla kbira fuq iż-żuntier tal-Knisja. Bidu kbir għall-Festa 2018 fejn qegħdin infakkru wkoll l-135 Sena mit-twaqqif tal-Banda tal-Birgu.