Inawgurata l-faċċata ta’ Palazzo Huesca

Faccata

Illum it-Tnejn 3 t’Awwissu, 2015 saret l-inawgurazzjoni tar-restawr tal-faċċata tal-Każin. Fit-8pm il-Banda Vittoriosana San Lawrenz għamlet marċ minn Triq Kardinal u li għadda minn Triq Desain, Pjazza tal-Belt Vittoriosa, Triq San Filippu, Triq La Vallette u ntemm quddiem il-Każin fid-9pm. Wara bdiet iċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni tal-faċċata fejn saru diskorsi mill-istoriku Anton Attard, Lawrence V. Farrugia, President tas-Soċjeta’ u l-Ministru tat-Trasport u l-Infrastruttura l-Onor. Joe Mizzi. Ħadet sehem il-Brass Ensemble mmexxija mis-Surmast Jonathan Abela. Fi tmiem saret il-mixgħela tal-faċċata kif ukoll inkixfu żewġ lapidi mal-faċċata tal-Każin, waħda bl-isem tas-Soċjeta’ u l-oħra bl-isem tal-Palazz cioe’ ‘Palazzo Huesca’