INAWGURAZZJONI TA’ LEĦEN L-ARKIVJU MUŻIKALI

 

Illum il-Ħadd 23 t’Awwissu 2020, is-Soċjetà Mużikali San Lawrenz tal-Belt Vittoriosa inawgurat it-tieni parti tal-proġett Leħen l-Arkivju Mużikali. Wara li fl-10 t’Awwissu ġiet inawgurata l-Bandalora tal-Alleati wara r-restawr, illum ġew inawgurati f’ċeremonja żgħira it-tablets li ġew installati fl-Arkivju Mużikali, biex hekk kulħadd jista’ jisma l-mużika li tippossjedi s-Soċjetà fl-Arkivji tagħha. Proġett innovattiv għall-aħħar li jagħti dimensjoni professjonali fil-volontarjat.

Dan il-proġett ġie ffinanzjat mill-Kunsill Malti tal-Arti u l-Għaqda Każini tal-Banda permezz tal-fond Każini tal-Baned.