|
Il-lejla l-President u l-Kumitat tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz jilqgħu lill-personalitajiet distinti, rappreżentanti tal-għaqdiet, bandisti, membri u ammiraturi tas-Soċjeta’ għar-riċeviment annwali fl-okkażjoni tal-Festa ta’ San Lawrenz, Padrun tal-Belt Vittoriosa. Ir-riċeviment isir fis-Sala ewlenija ta’ Palazzo Huesca, sede tas-Soċjeta’ fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa u jibda fit-830pm. Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca ser tkun il-mistiedna tal-unur għal dan ir-riċeviment. |