Is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz iżżanżan bandiera ġdida

 

Nhar Ħadd il-Għid is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz żanżnet bandiera ġdida hekk kif il-proċessjoni bl-istatwa ta’ Kristu Rxoxt akkumpanjata mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz waslet quddiem Palazzo Huesca. Din il-bandiera hija waħda biex tintuża għall-okkażjonijiet sekondarji imma l-kritiċi sostnew illi hija bandiera maggura. Dan mhux l-ewwel u l-uniku proġett fir-rigward ta’ bnadar f’din is-sena speċjali.