Isir ir-Recording tas-CD tal-Marċi Brijużi

Nhar is-Sibt li għadda, 14 t’April, 2018 il-Banda Vittoriosana San Lawrenz irrekordjat set ta’ marċi brijużi liema recording ser ikun qed joħroġ fuq CD fil-ġimgħat li ġejjin. Fost il-marċi li ser ikun hemm f’din id-diska kompatta nsibu kompożizzjonijiet tas-Surmast Jonathan Abela, l-Assistent Francois Borg, il-bandisti tal-post Chris Pisani u Andrew Zarb, l-ex Surmastrijiet Hector Dalli u Paul Schembri kif ukoll marċi ta’ Luigi Bongailas, Ray Sciberras, Emanuel Bugeja, Joseph Azzopardi, Vincenzo Ciappara u l-Maġġur Anthony Aquilina.  Id-dettalji dwar din ic-CD flimkien ma’ proġett ieħor innovattiv jitħabbru nhar il-Ġimgħa  18 ta’ Mejju, 2018 bħala parti mill-Festi tal-Ewwel Erbgħa f’ġieħ San Lawrenz.