Issir il-preżentazzjoni tal-Konkors ‘Logo 135’

 

Waqt il-‘Birgu Spring Concert’ li sar nhar il-Erbgħa 6 ta’ Ġunju, 2018 fil-Forti Sant’Anġlu saret il-preżentazzjoni lis-Sur Andre Gatt bħala r-rebbieħ tal-konkors ‘Logo 135’. Il-President tas-Soċjeta’ s-Sur Lawrence V. Farrugia ppreżenta cheque kif ukoll tifkira lis-Sur Gatt li ntgħażel minn fost 27 sottomissjoni.