Għoti ta’ Demm fl-okkażjoni tal-135 Sena Banda

 

Fl-okkażjoni tal-135 sena mit-twaqqif tal-Banda Vittoriosana San Lawrenz nhar il-Ħadd 29 ta’ Lulju, 2018 ser isir għoti ta’ demm fil-Pjazza tal-Belt Vittoriosa. It-truck taċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm ser ikun fil-Pjazza ewlenija ta’ Beltna mit-830am il-quddiem. Ikun tajjeb li kull min huwa interessat javviċina lis-Sur Eugenio Pellicano. Il-President u l-Kumitat iħeġġu lill-Vittoriosani kollha li f’din l-okkażjoni speċjali jaħsbu f’ħaddieħor billi jkunu ġenerużi u jagħtu d-demm.