Mumenti mill-Programm ta’ Mużika Sagra u Funebri li sar nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Marzu 2024 fil-Knisja Kolleġġjata u Konventwali ta’ San Lawrenz. Eżekuzzjoni mużikali mill-aqwa quddiem udjenza numeruża taħt id-direzzjoni tas-Surmast Jonathan Abela.
L-appuntament li jmiss hu nhar il-Ġimgħa l-Kbira bi programm ta’ marċi funebri ieħor fil-pjazza u wara l-akkumpanjament tal-purċissjoni.