PREPARAMENTI GĦALL-FESTI TAL-ĠIMGĦA MQADDSA

 

Il-preparamenti għall-Festi tal-Ġimgħa Mqaddsa jinsabu fl-aqwa tagħhom fejn il-Banda Vittoriosana San Lawrenz tagħti s-sehem tagħha b’diversi servizzi. Programm ta’ mużika sagra u Funebri nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Marzu u fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira u Ħadd il-Għid. Servizzi li jfissru piż kbir finanzjarju fuq is-Soċjetà iżda li nħossu li huwa d-dover tagħna li nagħmlu. Grazzi speċjali lil numru ta’ kompożituri li għal din is-sena rregalaw Marċ Funebru: Jonathan Abela, Melanie Mizzi, Rene Barbara, Andrew Lawrence Zarb, Christopher Pisani u Michael Pirotta.