L-AĦĦAR TISLIMA LIL FRA JOHN EDWARD CRITIEN, PRESIDENT ONORARJU TAS-SOĊJETÀ MUŻIKALI SAN LAWRENZ

 

Dalgħodu ngħatat l-aħħar tislima lil Fra John Edward Critien, President Onorarju tas-Soċjetà Mużikali San Lawrenz. Il-membri tal-kumitat ħadu sehem fil-korteo li beda minn Triq Pawlu Boffa. Hekk kif wasal quddiem Palazzo Huesca ngħata tislima permezz ta’ Fanfarra mill-Banda Vittoriosana San Lawrenz. Wara attendew għall-Quddiesa presente cadavere li tmexxiet mill-Arċisqof Charles J. Scicluna.