Il-President u l-Membri tal-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali San Lawrenz jawguraw l-Għid it-Tajjeb lill-Vittoriosani kollha.
Din is-sena l-Banda tal-Birgu mhux ser issemmalna fost l-aqwa marċi u valzi. Il-Belt sabiħa tagħna mhux ser tkun mizgħuda bin-nies bħalma tkun kull sena biex tifraħ bil-qawmien mill-mewt ta’ Sidna Ġesu Kristu.
L-appuntament tagħna huwa għal nhar il-Ħadd 4 t’ April, 2021 meta l-istatwa kapolavur tas-Surmast Salvu Psaila terġa timla bil-ferħ il-qlub tal-Vittoriosani kollha.
Sadanittant fiċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom huwa importanti ħafna li kulħadd isegwi l-istruzzjonijiet li jingħataw mill-awtoritajiet tas-saħħa dan sabiex nibżgħu għal xulxin, noħorġu rebbieħa bħal Kristu Rxoxt u b’hekk ma’ ndumux ma’ nerġgħu nibdew niltaqgħu bħala familja kbira Lawrenzjana.