L-MEP Miriam Dalli żżur Palazzo Huesca

Matul il-ġranet li għaddew il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli għamlet żjara ta’ kortesija f’Palazzo Huesca fejn ġiet milqugħa mill-President u l-membri tal-Kumitat tas-Soċjeta’. Saret diskussjoni mal-Onorevoli Dalli dwar diversi suġġetti relatati mal-Volontarjat u l-problemi u l-isfida li jiġu ffaċċati ta’ kuljum.