Laqgħat Ġenerali nhar il-Ħamis 31 ta’ Jannar, 2019

 

Nhar il-Ħamis 31 ta’ Jannar, 2019 fis-6 ta’ filgħaxija ser issir Laqgħa Ġenerali Mista għall-Bandisti u Membri Propjetarji, Bandisti u Membri tas-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz. Matul din il-Laqgħa jiġu ppreżentati r-Rapport Amministrattiv u r-Rapport Finanzjarju.

Fis-7 ta’ filgħaxija ser issir Laqgħa Ġenerali għall-Bandisti u Membri Propjetarji flimkien mal-Kumitat sabiex jintalab li jsir sospensjoni ta’ Artiklu 62 tal-Istatut.

Il-Bandisti u l-Membri Propjetarji, il-Bandisti u l-Membri huma mħeġġa li jattendu.