Leħen is-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz – Ħarġa Nru. 116

 

 

Il-Pubblikazzjoni tas-Soċjeta` li toħroġ kull xahrejn reġgħet ġiet għal darb’oħra ppubblikata. Il-ħarġa numru 116, għax-xhur ta’ Marzu – April 2020, t-tieni waħda għal din is-sena, intbagħtet fid-djar tal-Membri u l-Bandisti tas-Soċjeta`. Nħeġġiġkom sabiex iżżuru is-sezzjoni pubblikazzjonijiet f’dan is-sit sabiex taraw din il-ħarġa, u taqraw l-Artikli interessanti li fiha. Il-Bord Editorjali javża li din il-ħarġa ġiet ippreparata qabel ma tħabbru l-miżuri mill-Gvern dwar COVID-19 u jħeġġeġ lil kulħadd jagħmel kuraġġ u jsegwi l-istruzzjonijiet tal-Awtoritajiet.