Stqarrija mis-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz Belt Vittoriosa

 

 

Wara li aktar kmieni llum ġie ppubblikat l-Avviż Legali dwar il-postijiet ta’ divertiment relatat mal-Covid-19, minn għada l-Erbgħa 18 ta’ Marzu, 2020, ‘Palazzo Huesca’ sede’ tas-Soċjeta` Mużikali San Lawrenz, Belt Vittoriosa ser jinżamm magħluq.  Kif nassumu li intom diġà konxji dan qed isir biex tiġi salvagwardjata s-saħħa tagħna lkoll.  Il-każin jerġa’ jiftaħ meta l-Gvern jirrevoka din id-deċiżjoni.

Il-President u l-Membri tal-Kumitat jawguraw kuraġġ lill-Bandisti u l-Membri kif ukoll lill-Vittoriosani kollha f’dan il-mument diffiċli.  Minnkejja li dan hu żmien ta’ sfidi kbar, il-ħidma ser tkompli għaddejja, inkluż il-lezzjonijiet mużikali li ser isiru online. Fuq kollox nemmnu li bl-għajnuna tal-Patrun tal-Belt tagħna San Lawrenz għal darb’oħra nerġgħu noħorġu rebbieħa.