Jitħassru b’mod uffiċċjali l-Festi tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid il-Kbir

F’komunikat li ħareġ mill-Għaqda Każini tal-Banda u b’konformita maċ-Ċirkolari maħruġa mis-Santa Sede, ġejna nfurmati li l-attivitajiet ippjanati għall-Festi tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Għid il-Kbir mhux ser isiru.

L-isfidi li qed jiffaċċja l-pajjiż minħabba l-Covid-19 ma’ jippermettix li dawn il-festi jiġu ċelebrati bħalma jsir is-soltu.

Il-President flimkien mal-membri tal-Kumitat jingħaqdu mal-awtoritajiet tal-pajjiż fl-appell tagħhom sabiex kulħadd jibqa f’daru filwaqt li jobdu l-istruzzjonijiet kollha maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa. B’hekk biss nistgħu nirritornaw għan-normalita fl-iqsar żmien possibbli.