Mark Zammit jirbaħ il-Christmas Snooker Competition

untitled Nhar il-Erbgħa 9 ta’ Diċembru, 2015 ġiet fi tmiemha l-‘Christmas Snooker Competition’ li kienet organizzata mill-Kummissjoni Billiard fi ħdan is-Soċjeta’ Mużikali San Lawrenz. Għal din il-Kompetizzjoni kellna 20 membru li kkompetew bejniethom, fejn kull logħba intlagħbet fuq l-aqwa minn tlett frames. Din il-kompetizzjoni ntrebħet minn Mark Zammit li fil-finali għeleb lil Joseph Mizzi żewġ frames għal xejn. Finali li ġabret numru ferm sabiħ ta’ membri fis-Sala tal-Billiards tal-Każin tagħna. Fi tmiem il-finali saret il-preżentazzjoni mill-President tas-Soċjeta’ s-Sur Lawrence V. Farrugia u wara sar riċeviment żgħir għall-parteċipanti.