Miġja tal-Istatwa titulari ta’ San Lawrenz

Pg 9 pic Wara restawr professjonali li sar minn Pierre Bugeja ta’ PrevArti, kumpanija rinomata fir-restawr, nhar l-Ewwel Erbgħa 28 ta’ Mejju, 2014 fis-6pm l-Istatwa titulari ta’ San Lawrenz toħroġ
proċessjonalment mill-Oratorju tal-Kurċifiss flimkien mal-Kleru u r-Reverendu Kapitolu tal-
Kolleġġjata ta’ San Lawrenz fejn tiġi milqugħa bid-daqq ta’ l-Innu Popolari mill-Banda Vittoriosana
San Lawrenz.

Fis-6.30pm Konċelebrazzjoni fil-pjazza ewlenija ta’ Beltna
Fis-7.30pm Proċessjoni bl-istatwa ta’ San Lawrenz akkompanjata mill-Banda Vittoriosana San
Lawrenz bil-kant ta’ innijiet Lawrenzjani li tgħaddi mit-toroq San Filippu, La Vallette, Pjazza r-
Rebħa, Nestu Laiviera u San Lawrenz.
Fit-8.30pm Dħul tal-vara, daqq ta’ l-antifona, barka sagramentali u bews tar-relikwija.

Nappellaw biex nattendu numeruzi u ngħidu lil qrabatna li joqogħdu barra mill-Birgu biex nilqgħu bil-
kbir fostna lill-Padrun ta’ Beltna San Lawrenz . Kulħadd mitlub li jixgħel il-gallerija.